19.11.2020

Il-Partit Popolari ta konferenza stampa ġewwa l-lukanda Waterfront f’ tas-Sliema. Matul din il-konferenza s-Sur Salomone, Kap tal-Partit, tkellem dwar l-aġenda tal-Partit Popolari li tinkludi numru ta’ temi fosthom l-industrija tal-logħob, l-immigrazzjoni llegali, d-droga, l-abort kif ukoll il-familja.

Is-Sur Salomone saħaq li l-Partit għadu qed jikber u kkonferma li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali. Il-prinċipji tal-Partit huma favur id-dritt tal-innoċenti, favur id-dritt Nazzjonali u favur il-ħajja sostenibbli.

Għal din l-attività attendew ġurnalisti mill-PBS kif ukoll mit-Times of Malta.

Link għal din l-attività: https://www.youtube.com/watch?v=oQSlephWH-c

Follow by Email
Facebook
Twitter