Stqarrija 02-2022

18/01/2022

Il-Partit Popolari jesprimi t-tħassib tiegħu għad-dikjarazzjoni magħmula llum mid-deputata Maltija fil-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, eletta bħala President tal-Parlament Ewropew, fejn qalet li l-pożizzjoni tagħha fuq l-abort hi dik tal-Parlament Ewropew, jiġifieri li l-abort huwa dritt li għandu jiġi protett.

Il-Partit Popolari jsejjaħ lill-Partit Nazzjonalista biex jieħu pożizzjoni aktar ċara dwar dak li qiegħda tiddikjara deputata Ewropea ewlenija tiegħu u jikkundanna d-dikjarazzjonijiet tagħha mingħajr tlaqliq. Dan fid-dawl ukoll tal-fatt li huwa magħruf li fi ħdan il-Partit Nazzjonalista hemm numru ta’ kandidati u uffiċjali oħra li wkoll iddikjaraw l-appoġġ tagħhom għall-abort u għadhom jokkupaw il-karigi tagħhom fil-partit.

Il-Partit Popolari jistieden ukoll lir-rappreżentanti tal-poplu Malti fil-Parlament Ewropew biex ma jinsewx li l-funzjoni tagħhom hija li jirrappreżentaw liċ-ċittadini Maltin u jwasslu l-fehmiet tagħhom fl-Ewropa, u mhux li jagħmlu minn kollox biex jintgħoġbu u javvanzaw il-karriera tagħhom.

Follow by Email
Facebook
Twitter