Stqarrija 09-2021

03/04/2021

Il-Partit Popolari jikkundanna l-pressjoni li qiegħda ssir fuq il-Gvern Malti minn organizzazzjonijiet non-governattivi li bl-ebda mod ma jirrappreżentaw lill-poplu Malti, biex idaħħal f’Malta immigranti illegali li qegħdin jiġu inkoraġġiti minn organizzazzjonijiet non-governattivi oħra f’kollaborazzjoni ma’ traffikanti tal-persuni.

Insejħu lill-Gvern Malti biex iżomm sod kontra din il-pressjoni u jiftakar li huwa jrid jirrispondi għall-azzjonijiet tiegħu biss quddiem il-poplu Malti li eliġġih u quddiem l-ebda entità oħra barranija jew lokali, kemm jekk governattiva kif ukoll jekk non-governattiva.

Insejħu wkoll lill-Gvern Malti biex jieħu azzjoni immedjata biex jara li organizzazzjonijiet suppost non-governattivi involuti f’attivitajiet politiċi, inkluż fil-qasam tal-immigrazzjoni, ma jibqgħux jirċievu flus pubbliċi, la minn sorsi lokali u lanqas minn sorsi Ewropej. Insejħu wkoll lill-Gvern biex jara li kull attività ta’ traffikar ibbażata f’Malta titwaqqaf immedjatament, u li l-assi involuti f’din l-attività ta’ traffikar jiġu kkonfiskati.

Follow by Email
Facebook
Twitter