Stqarrija 07-2021

05/03/2021

Il-Partit Popolari jikkundanna bla riżervi l-attakk anti-demokratiku u xejn denju ta’ Cyrus Engerer fil-Parlament Ewropew kontra Viktor Orbán, il-Prim Ministru tal-Ungerija li ġie elett b’mod demokratiku b’maġġoranza enormi minn niesu sabiex jiddefendi l-interessi tagħhom u li għal darb’ oħra wera li mhux se jċedi quddiem pressjoni mill-istituzzjonijiet Ewropej dwar kwistjonijiet li huma l-prerogattiva tal-istati membri u li l-UE m’għandha l-ebda awtorità fuqhom.

Jiddispjaċina u nimbarrazzaw ruħna kull meta naraw lis-suppost rappreżentanti tagħna miż-żewġ partiti tradizzjonali jkunu minn ta’ quddiem biex jieħdu atteġġjament aggressiv kontra gvernijiet, bħal dawk tal-Ungerija u l-Polonja, li huma favur il-ħajja, il-familja u l-valuri tradizzjonali. Billi aħna nemmnu li l-Poplu Malti fil-maġġoranza tiegħu wkoll għadu jgħożż dawn il-valuri, nistaqsu jekk l-atteġġjament Engerer u oħrajn bħalu huwiex se jkun l-istess meta aħna wkoll inħossu u niddeċiedu li għandna neżerċitaw id-drittijiet sovrani tagħna biex niddeċiedu fuq kwistjonijiet li huma l-prerogattiva tagħna. Sondaġġ wara l-ieħor juri l-Poplu Malti, bħal dak fil-Polonja u fl-Ungerija wkoll xeba juri t-tħassib tiegħu fuq kwistjonijiet bħall-immigrazzjoni, il-multikulturaliżmu, l-abort u l-ewtanażja – l-unika differenza hi li pajjiżna m’għandu lil ħadd biex jiddefendi l-interessi u r-rieda tal-poplu.

Ma nistgħux ma nikkummentawx ukoll fuq l-atteġġament tal-EPP, li jifforma parti minnu l-Partit Nazzjonalista – li wera għal darb’oħra li la huwa popolari, u wisq inqas konservattiv jew Nisrani.

Follow by Email
Facebook
Twitter