Stqarrija 11-2021

10/07/2021

Il-Partit Popolari jikkundanna l-impożizzjoni min-naħa tal-Gvern tal-obbligu tal-vaċċin għall-vjaġġaturi lejn Malta, u tal-obbligu tal-kwarantina fuq ċittadini u residenti Maltin li jkunu qed jirritornaw lejn Malta, anki jekk dawn ikunu rriżultaw li huma negattivi għall-Covid-19. Minbarra l-impatt qawwi fuq it-turiżmu ta’ din il-miżura eżaġerata u sproporzjonata, il-Partit Popolari jiddeplora l-fatt li, minkejja l-assigurazzjonijiet li dejjem kien ta li l-vaċċin mhuwiex se jkun obbligatorju, issa l-Gvern qiegħed effettivament jagħmilha impossibbli għal dawk mhux vaċċinati biex jivvjaġġaw minn u lejn Malta, u b’hekk qiegħed jimponi l-vaċċin fuq ħafna Maltin li kienu eżerċitaw id-dritt tagħhom li ma jiħdux il-vaċċin f’dan l-istadju.

Minbarra l-impatt qawwi fuq it-turiżmu ta’ din il-miżura eżaġerata u sproporzjonata, il-Partit Popolari jiddeplora l-fatt li, minkejja l-assigurazzjonijiet li dejjem kien ta li l-vaċċin mhuwiex se jkun obbligatorju, issa l-Gvern qiegħed effettivament jagħmilha impossibbli għal dawk mhux vaċċinati biex jivvjaġġaw minn u lejn Malta, u b’hekk qiegħed jimponi l-vaċċin fuq ħafna Maltin li kienu eżerċitaw id-dritt tagħhom li ma jiħdux il-vaċċin f’dan l-istadju.

Il-Partit Popolari jsejjaħ biex il-Gvern jirtira din il-miżura inġusta u ineffikaċi, u mill-ġdid jippermetti lil vjaġġaturi li jkunu rriżultaw negattivi għall-Covid-19, inklużi ċ-ċittadini tiegħu, biex jivvjaġġaw liberament minn u lejn Malta.

Follow by Email
Facebook
Twitter