Stqarrija 15-2021

01/12/2021

Il-Partit Popolari jikkundanna bla riżervi t-tentattiv li sar mill-Kummissarju Ewropea Helena Dalli li timponi l-esklużjoni ta’ kull referenza għall-kultura u l-istorja Ewropea u Kristjana mill-komunikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, imħallsa mit-taxxi tal-Ewropej stess, fosthom tal-poplu Malti.

Il-Partit Popolari jsejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea biex mhux biss tirrevedi imma tirtira b’mod definittiv dawn il-proposti, u tiddikjara li mhijiex se tagħmel proposti simili fil-futur.

ll-Partit Popolari jsejjaħ fl-aħħar nett għar-riżenja tal-Kummissarju Helena Dalli mill-kariga tagħha, billi din uriet b’mod ċar li mhijiex qiegħda fil-kariga tagħha biex isservi liċ-ċittadini Ewropej imma biex taqdi ideoloġija estrema, bl-istess mod kif għamlet waqt li serviet bħala ministru f’pajjiżna.

Il-Partit Popolari jfakkar fir-rekord ta’ Helena Dalli bħala politiku li fil-passat irridikolat pubblikament liċ-ċittadini ta’ pajjiżha stess u ftaħret li rnexxielha tidħaq bihom u timponi l-aġenda tagħha fuqhom kontra x-xewqat tagħhom.

Insejħu għal politika ġdida fejn iċ-ċittadin jiġi trattat bħala s-sid u s-sovran f’pajjiżu, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew, u mhux aktar trattat bid-disprezz li bih draw jittrattawh Helena Dalli u sħabha fiż-żewġ partiti tradizzjonali.

Follow by Email
Facebook
Twitter